Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Il-Bulgarija tidħol fiż-żona tal-euro

Il-Bulgarija se jkollha opinjoni, vuċi, vot.

Christine Lagarde, President tal-BĊE

Il-Bulgarija daħlet fiż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2026. Dan huwa tragward storiku għall-pajjiż u opportunità sinifikanti għan-nies u għan-negozji madwar iż-żona tal-euro. It-tranżizzjoni se twassal għal stabbiltà ekonomika akbar, tranżazzjonijiet aktar faċli u integrazzjoni aktar b’saħħitha madwar l-Ewropa. Għall-Bulgarija, l-adozzjoni tal-euro tfisser li se jinbena pedament aktar b’saħħtu għat-tkabbir u għar-reżiljenza fit-tul.

Bidla tista’ ġġib magħha mistoqsijiet u tħassib. Madankollu, il-BĊE u l-awtorità nazzjonali qegħdin jaħdmu mill-qrib ma’ xulxin biex jiżguraw li t-tranżizzjoni tkun faċli għal kulħadd, b’ippjanar attent u b’fokus qawwi fuq l-istabbiltà tal-prezzijiet.

Kapitlu ġdid fl-istorja tal-Bulgarija

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

L-uċuħ tal-muniti tal-euro tal-Bulgarija

It-12-il stilla tal-bandiera Ewropea u figuri prominenti mill-istorja nazzjonali tal-Bulgarija huma s-simboli fuq il-muniti Bulgari.

Aqra aktar dwar it-tliet disinji li l-Bank Nazzjonali Bulgaru għażel għan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro.

Muniti Bulgari

Jum memorabbli

Ara kif qed infakkru l-bidla tal-munita fil-Bulgarija!

Qed nixegħlu l-bini tagħna biex niċċelebraw id-dħul tal-Bulgarija fiż-żona tal-euro, simbolu li jleqq ta’ futur komuni u għaqda. 

Għaliex din hija tranżizzjoni importanti għall-Bulgarija u għall-pajjiżi taż-żona tal-euro?

Ekonomija reżiljenti

L-euro huwa munita stabbli u fdata li tipproteġi t-tfaddil u s-saħħa tax-xiri.

Integrazzjoni Ewropea aktar b’saħħitha

Il-Bulgarija se jkollha siġġu mal-mejda fid-deċiżjonijiet taż-żona tal-euro, u se tirbaħ vuċi fl-iffurmar tal-futur tal-munita komuni tagħna. Fi żminijiet ta’ inċertezza ġeopolitika, l-espansjoni taż-żona tal-euro tibgħat messaġġ ta’ unità u solidarjetà.

Tkabbir kondiviż

Li tkun parti miż-żona tal-euro jfisser aktar opportunitajiet għal tkabbir, kummerċ u investiment. Kull darba li pajjiż jissieħeb fiż-żona tal-euro, dan isaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja u juri li l-integrazzjoni Ewropea għadha miexja 'l quddiem.

Rata tal-kambju

BGN 1.95583 = EUR 1

Xi tfisser l-euro għall-banek u għan-negozji Bulgari?

Matul il-bidla għall-euro, xi prezzijiet jistgħu jogħlew jekk il-bejjiegħa bl-imnut jistgħu jieħdu vantaġġ inġust mit-tranżizzjoni. Madankollu, il-Bulgarija għandha miżuri u salvagwardji effettivi biex tipprevjeni dan. Fix-xhur ta’ qabel u ta’ wara l-bidla, il-prezzijiet kollha se jkunu qed jintwerew kemm bil-lev kif ukoll bil-euro sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jaraw faċilment li l-konverżjonijiet ikunu ġusti. L-awtoritajiet nazzjonali qegħdin jimmonitorjaw b’mod strett u qegħdin jinfurzaw l-użu korrett tar-rata ta’ konverżjoni sabiex jipproteġu lin-nies fil-Bulgarija kontra żidiet fil-prezzijiet mhux iġġustifikati.

Stabbiltà mtejba

Il-banek Bulgari se jkollhom aċċess għal-likwidità mill-BĊE, u dan jippermettilhom jipprovdu self, jipproċessaw pagamenti u jkopru l-prelevament ta’ flus kontanti b’mod aktar effiċjenti. Dan jagħmel is-sistema bankarja aktar stabbli u joffri lin-nies aktar kunfidenza fis-sigurtà tat-tfaddil tagħhom.

Negozju aktar faċli

L-eliminazzjoni tal-kostijiet tal-kambju meta jkun qed isir negozju ma’ sħab li jużaw l-euro tneħħi l-ostakli u tagħmel l-attivitajiet transfruntieri aktar faċli u kompetittivi.

Rati tal-imgħax

Minn Jannar, ir-rati tal-imgħax fil-Bulgarija jsegwu direttament id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, li jikkunsidraw il-kundizzjonijiet ekonomiċi taż-żona tal-euro fit-totalità tagħha. Il-Gvernatur tal-Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) jipparteċipa bħala membru sħiħ tal-Kunsill Governattiv.

Qlib tal-lev Bulgaru għall-euro

Fil-banek kummerċjali u fl-uffiċċji postali

Tista’ ssarraf il-karti tal-flus u l-muniti tal-lev Bulgaru f’euro mingħajr ħlas fil-banek kummerċjali u f’ċerti uffiċċji postali fil-Bulgarija sat-30 ta’ Ġunju 2026. Wara din id-data, il-banek kummerċjali u l-uffiċċji postali se jkomplu joffru dan is-servizz mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2026, iżda jistgħu jitolbu tariffa.

Għal tranżazzjonijiet individwali ta’ aktar minn BGN 30,000, trid tinnotifika lill-bank kummerċjali mill-inqas tlett ijiem tax-xogħol bil-quddiem. Fl-uffiċċji postali, il-limitu ta’ skambju ta’ kuljum huwa ta’ BGN 10,000 għal kull individwu. Madankollu, għal tranżazzjonijiet individwali ta’ aktar minn BGN 1,000, trid tinforma lill-uffiċċju postali minn tlett ijiem sa ħamest ijiem tax-xogħol bil-quddiem.

Fil-Bank Nazzjonali Bulgaru

Tista’ ssarraf il-karti tal-flus u l-muniti tal-lev Bulgaru f’euro fil-Bank Nazzjonali Bulgaru b’mod indefinit u mingħajr ħlas. Dan is-servizz huwa disponibbli fl-uffiċċju prinċipali f'Sofija kif ukoll fl-uffiċċji tal-Cash Service Company AD f'Sofija, Plovdiv, Burgas, Varna u Pleven. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit web tal-Bank Nazzjonali Bulgaru u l-FAQ tiegħu dwar l-adeżjoni maż-żona tal-euro (disponibbli bil-Bulgaru biss).

F’banek ċentrali nazzjonali oħra taż-żona tal-euro

Mill-1 ta’ Jannar sat-2 ta’ Marzu 2026, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) l-oħrajn taż-żona tal-euro se jsarrfu l-karti tal-flus tal-lev Bulgaru mingħajr ħlas, bir-rata tal-kambju tal-konverżjoni fissa. Il-limitu tal-kambju huwa BGN 2,000 għal kwalunkwe parti/tranżazzjoni f’ġurnata waħda.

Lista tal-BĊNi taż-żona tal-euro Karti tal-flus li jikkwalifikaw għat-tisrif

Iżjed dettalji jinsabu fil-Linja Gwida tal-BĊE, BĊE/2006/10 tal-24 ta' Lulju 2006 dwar it-tisrif tal-karti tal-flus wara l-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro.

Daqqa t’għajn lejn l-istadji importanti ewlenin tal-bidla għall-Bulgarija
8 ta' Lulju 2025

Il-Kunsill tal-UE japprova l-adeżjoni tal-Bulgarija maż-żona tal-euro.

8 ta' Awwissu 2025

Il-prezzijiet jintwerew kemm f'lev kif ukoll f'euro għal perjodu ta' sena.

1 ta' Novembru 2025

Il-bidu tal-forniment minn qabel u tas-subforniment minn qabel tal-flus kontanti tal-euro lill-banek kummerċjali.

1 ta’ Diċembru 2025

Is-subforniment minn qabel ta' kits tal-bidu tal-muniti tal-euro għan-negozji u l-pubbliku.

1 ta’ Jannar 2026

Jiġi introdott l-euro u l-karti tal-flus u l-muniti tal-euro jibdew jiċċirkolaw. Għal xahar, kemm il-lev kif ukoll il-flus kontanti tal-euro jistgħu jintużaw għall-pagamenti.

Il-kontijiet bankarji tal-lev jinqelbu awtomatikament f’euro.

Il-karti tal-flus u l-muniti lev jistgħu jissarrfu mingħajr ħlas f’euro fil-banek kummerċjali, f’ċerti uffiċċji postali u fil-Bank Nazzjonali Bulgaru.

1 ta' Frar 2026

Il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro jsiru l-unika valuta legali

30 ta' Ġunju 2026

Il-banek kummerċjali u l-uffiċċji tal-posta jistgħu jibdew jitolbu tariffi biex isarrfu l-karti tal-flus u l-muniti lev.

1 ta’ Jannar 2027

Il-banek kummerċjali u l-uffiċċji postali ma jibqgħux obbligati li jsarrfu u l-karti tal-flus u l-muniti lev.

L-ebda skadenza

Il-karti tal-flus u l-muniti Lev jistgħu jissarrfu b’mod indefinit, mingħajr limiti u mingħajr ħlas fil-Bank Nazzjonali Bulgaru.

Għall-kuntatt

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar il-kambju tal-karti tal-flus u l-muniti tal-lev Bulgaru, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Bank Nazzjonali Bulgaru jew bit-telefown jew personalment f'1, Knyaz Alexander I Sq., 1000 Sofia, jew fiċ-ċentru tal-kaxxiera f'10, Mihail Tenev Str., Poligona, 1784 Sofia. Ħinijiet tal-ftuħ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa, 08.30-15.45 EET.

Aqra aktar

Tixtieq tkun taf aktar dwar l-euro?

L-euro: munita waħda, opportunitajiet bla tmiem

Iċ-ċittadini Ewropej kif ibbenefikaw mill-euro?

Il-paġni kollha f’din it-taqsima