L-istrateġija għall-politika monetarja tagħna, l-għodod li nużaw u l-impatt li għandhom
Ħarsa lejn il-ħidma tagħna dwar l-istabbiltà finanzjarja u l-infrastrutturi tal-ħlasijiet u tas-swieq
Aċċess għall-istatistika tal-BĊE u għall-informazzjoni ta’ sfond kollha
Dak kollu li għandek bżonn tkun taf dwar il-munita komuni tagħna
Studji fil-fond u analiżijiet esperti li jkopru suġġetti u oqsma diversi
L-indipendenza tal-BĊE twassal biex tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Dan hu sostnut minn analiżi teoretika estensiva u minn evidenza empirika dwar l-indipendenza tal-banek ċentrali.
L-indipendenza tal-BĊE hi stabbilita fil-qafas istituzzjonali tal-politika monetarja unika (fit-Trattat u fl-Istatut).
La l-BĊE, la l-banek ċentrali nazzjonali (BĊN), u lanqas il-membri tal-korpi deċiżjonali tagħhom ma għandhom permess ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi tal-UE, minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru tal-UE jew minn kwalunkwe korp ieħor.
L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u l-gvernijiet tal-Istati Membri għandhom jirrispettaw dan il-prinċipju u m’għandhomx ifittxu li jinfluwenzaw lill-membri tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE (Artikolu 130 tat-Trattat).
L-arranġamenti finanzjarji tal-BĊE jinżammu separati minn dawk tal-UE. Il-BĊE għandu l-baġit tiegħu. Il-kapital tiegħu hu sottoskritt u mħallas mill-BĊN taż-żona tal-euro.
L-Istatut jipprevedi mandati twal għall-membri tal-Kunsill Governattiv. Il-membri tal-Bord Eżekuttiv ma jistgħux jerġgħu jinħatru.
Il-gvernaturi tal-BĊN u l-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom is-sigurtà tal-mandat:
L-Eurosistema ma għandhiex permess tagħti self lill-korpi tal-UE jew lil entitajiet tas-setturi pubbliċi nazzjonali. Dan ikompli jħarisha minn kwalunkwe influwenza li tista’ tiġi min-naħa ta’ awtoritajiet pubbliċi.
L-Eurosistema taħdem b’mod indipendenti. Il-BĊE għandu għad-dispożizzjoni tiegħu l-istrumenti u l-kompetenzi kollha meħtieġa biex imexxi politika monetarja effiċjenti u hu awtorizzat jiddeċiedi b’mod awtonomu kif u meta jużahom.
Il-BĊE għandu d-dritt jadotta regolamenti li jorbtu sa kemm ikun meħtieġ biex ikun jista’ jwettaq id-dmirijiet tas-SEBĊ u f’ċerti każijiet oħra kif stabbilit f’atti speċifiċi tal-Kunsill tal-UE.
Aħna nużaw cookies funzjonali biex naħżnu l-preferenzi tal-utent; cookies analitiċi biex intejbu l-prestazzjoni tas-sit web; cookies ta’ partijiet terzi stabbiliti minn servizzi ta' partijiet terzi integrati fil-websajt. Għandek l-għażla li taċċettahom jew li tirrifjutahom. Għal aktar informazzjoni jew biex tirrevedi l-preferenza tiegħek fuq il-cookies u l-logs tas-server li nużaw, nistednuk biex:
Taqra l-istqarrija ta’ privatezza tagħnaIssir taf aktar dwar kif nużaw il-cookies
Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw id-data anonima pprovduta mill-cookies. Ara x'inbidel fil-politika tal-privatezza tagħna
Dejjem naħdmu sabiex intejbu dan is-sit web għall-utenti tagħna. Biex nagħmlu dan, nużaw data anonima pprovduta mill-cookies. Sir af aktar dwar kif nużaw il-cookies